Ikseb kopja (€5) mill-ħwienet tal-kotba ewlenin (ara isfel), mingħand adrian@maltaforum.org jew Sierra Book Distributors

 

ADRIAN GRIMA

Ħożż fl-Ilma

il-kotba, il-qari u l-baħar

 

L-istatistika titkellem ċar: il-Maltin huma l-inqas nies li jaqraw fl-Unjoni Ewropea, u l-mediterranji jaqraw inqas min-nordiċi. Għalhekk hemm min iqis il-klima bħala l-akbar għadu tal-qari f’Malta. Imma kieku ma kellniex sema ċelesti u baħar blu konna naqraw iżjed? Aħna naqraw ftit u l-klima tkompli tneħħilna l-aptit: x’suppost nagħmlu? Inħallu l-baħar iħabbat? Nittantaw ix-xemx għaddejja? Nieħdu ktieb magħna ħdejn il-baħar kif irid il-Kunsill tal-Ktieb? U jekk jixxarrab, jew jitbewwaq?

 

Tista’ toħloq kultura ta’ qari jew “kollox tort tal-edukazzjoni” u d-destin tagħna diġà miktub, qisu ktieb? Pajjiżi oħra x’qed jagħmlu? Il-mezzi tax-xandir tagħhom jippromwovu l-kotba? It-teknoloġija u l-internet itellfu biss? Fi Franza l-qari fost il-kbar qed jiżdied, u miegħu x-xiri u s-self tal-kotba mil-libreriji. Imma l-Franċiżi kburin li jħobbu l-kotba. Aħna ma nħobbuhomx? Trabbejna f’kultura li tibża’ mill-kotba, minn dak li hu differenti u ġdid? Trabbejna f'kultura li flok tisfida, tiddefendi l-ordni stabbilit?

 

 

Dr. Adrian Grima huwa kittieb, attivist kulturali u lecturer tal-letteratura Maltija fl-Università ta' Malta.

 

   
 

Ara l-artiklu "Il-Qari f'Ħaż-Żgħir" li deher fil-gazzetta Illum (14.12.08)

   
   
 

Kif tagħmel Ħożż fl-Ilma

 

Dan il-ktieb qed jinbiegħ minn Sierra Book Distributors. Tista' tikseb kopja tiegħu direttament mingħandhom billi tibghat ittre fuq sales@sierra-books.com. Il-ktieb jitwassal id-dar jew kwalunkwe indirizz lokali mingħajr ebda spejjeż żejda. Dalwaqt se jkun qed jidher ukoll fuq is-sit elettroniku www.sierra-books.com.

 

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ ukoll mill-Merlin Library, Expressions (Sliema), Mireva, Velmor (Paola), jew inkella mingħand Agenda Bookshop tal-Junior College, l-Università u l-Embassy Complex tal-Belt Valletta.